bruselo.info belicht Brussel vanuit een aparte hoek, montre Bruxelles sur un angle nouveau, beleuchtet Brüssel aus einem besonderen Winckel, throws light on Brussels from unusual angles.

De verkiezingsuitslagen 2009
Welcome - Bienvenue - Wilkommen
Merħba fil-websajt tal-Kunsill tal-Kummissjoni tal-Komunità Fjaminga.


Il-Kunsill tal-Kummissjoni tal-Komunità Fjaminga hija, fil-mod tat-taħdit, il-Parlament tal-persuni Fjamingi ta’ Brussell.

Ir-rappreżentanti Fjamingi kollha direttament eletti fil-Parlament Reġjonali ta’ Brussell għandhom siġġu fil-Kunsill. Attwalment, hemm 17 minnhom.

Huma jeżerċitaw is-setgħat tal-Komunità tal-persuni li jitkellmu bl-Olandiż fi Brussell. Dawn is-setgħat għandhom x’jaqsmu mal-kultura, l-assistenza soċjali u l-kura tas-saħħa.

Barra minn hekk, il-poplu Fjaming ta’ Brussell għandu gvern żgħir: il-Kulleġġ tal-Kummissjoni tal-Komunità Fjaminga. Dan jikkonsisti mit-3 ministri Fjamingi fil-Gvern Kapitali ta’ Brussell.

Il-Kunsill tal-Kummissjoni tal-Komunità Fjaminga huwa għalhekk il-korp rappreżentattiv għal-poplu Fjaming fi Brussell. Għalhekk, ix-xogħol ewlieni tiegħu huwa li jinforza mill-ġdid u jkabbar l-im patt tal-preżenza tal-persuni li jitkellmu bl-Olandiż fi Brussell, il-kapitali tal-Fjandri, tal-Belġju u l-Unjoni Ewropea. Imma l-Kunsill ma jridx jagħmel dan b’mentalità dejqa, u baxxa. Il-Kunsill irid jilħaq lill-persuni kollha ta’ Brussell, tkun xi tkun il-lingwa tagħhom jew ikun xi jkun l-oriġini tagħhom. U wkoll, il-Kunsill jiżgura li hemm rabtiet mill-qrib bejn Brussell u l-Fjandri.

Raad Vlaamse Gemeenschapscommissie - Lombardstraat 61-67 - 1000 Brussel
Tel : 02/213.71.00   Fax : 02/213.71.01   Email:   info.raad@raadvgc.irisnet.be